Mibni għall-iskop għall-ekosistemi ta ’Microsoft.

ADManager Plus hija soluzzjoni bbażata fuq il-web għal AD, Office 365, Exchange, G Suite, u Skype for Business/Lync, G Suite, u l-ħtiġiet tal-Ġestjoni ta’ Office 365. Hija tissimplifika bosta attivitajiet ta’ rutina bħall-provvediment tal-utenti, it-tindif ta’ kontijiet reqdin, u l-ġestjoni tal-permessi tal-NTFS u tal-ishma. Hija toffri wkoll aktar minn 150 rapport miġbura minn qabel, inkluż rapporti dwar kontijiet tal-utent inattivi jew imsakkra barra AD, liċenzji ta’ Office 365, u l-ħinijiet ta’ meta l-aħħar li daħlu l-utenti, b’għażliet inkorporati biex iwettqu azzjonijiet ta’ ġestjoni direttament minn dawn ir-rapporti. Hija tinkludi struttura ta’ fluss tax-xogħol personalizzata għall-biljetti u l-konformità, u tawtomizza attivitajiet ta’ rutina ta’ AD bħall-provvediment tal-utent u t-tneħħija tal-provvediment. ADManager Plus toffri wkoll applikazzjonijiet mobbli iOS u Android.

  • Ġestjoni ta’ Active Directory
  • Il-ġestjoni ta’ Active Directory (AD) issir sempliċi u bi sforz minimu permezz tal-karatteristiċi mibnija apposta għall-attivitajiet li jitwettqu ta’ spiss bħall-ħolqien tal-kontijiet tal-utent f’AD, Office 365, Exchange, G Suite u Skype for Business/Lync simultanjament; l-immodifikar tal-kontijiet tal-utent, gruppi ta’ sigurtà u distribuzzjoni, kuntatti u kompjuters. Galvi ta’ provvediment u provvediment mill-ġdid ta’ konti reattivi u personalizzati jdawru l-ħolqien u l-modifikazzjoni tal-kont AD f’operazzjonijiet veloċi u b’pass wieħed, għall-kuntrarju tal-għodod ingombranti ta’ Microsoft bħal ADUC u PowerShell.
  • Rappurtar minn Active Directory
  • Il-librerija ta’ rapporti inkorporati ta’ ADManager Plus tinkludi aktar minn 150 rapport li fihom informazzjoni dettaljata dwar kull aspett ta’ AD bi klikkjatura waħda tal-maws. Huma jiksbu dejta vitali bħal utenti diżattivati, li għandhom password skaduta jew inattiva; il-ħin reali tal-logon tal-utenti, lista ta’ distribuzzjoni u gruppi ta’ sigurtà u l-membri tagħhom, rapporti tal-permessi ta’ NTFS u l-ishma, u rapporti dwar il-konformità (SOX, HIPAA, PCI, eċċ.). Hija wkoll illowdjata bi skedatur tar-rapporti biex tiġġenera u tibgħat ittri elettroniċi tar-rapporti meħtieġa lill-partijiet interessati kollha fil-ħin speċifikat.
  • Ġestjoni u Rappurtar ta’ Office 365
  • ADManager Plus joffri lill-amministraturi l-lussu tal-ġestjoni u r-rappurtar fuq Office 365 tagħhom ibbażat fil-cloud kif ukoll f’AD fuq il-post, minn console wieħed, faċilment. Huwa joffri wkoll il-kapaċità li joħloq kontijiet ta’ Office 365 għall-utenti filwaqt li joħloq il-kontijiet AD tagħhom, joħloq kontijiet ta’ Office 365 għall-utenti eżistenti ta’ AD, jassenja jew jirrevoka ħafna liċenzji f’daqqa; jimmaniġġja kaxxi tal-ittri tal-utenti ta’ Exchange Online, jaqsam kaxxi tal-ittri, kaxxi tal-ittri tal-kmamar, kaxxi tal-ittri tat-tagħmir, kaxxi tal-ittri llinkjati, u aktar.
  • Huwa joffri wkoll librerija tar-rapporti ta’ Office 365 li tinkludi rapporti fuq utenti inattiviti, li qatt ma lloggjaw u fuq utenti attivati minn ActiveSync, utenti liċenzjati u mhux liċenzjati, dettalji tal-liċenzji, gruppi ta’ distribuzzjoni u sigurtà u l-membri tagħhom u kaxxi tal-ittri xxerjati. Dawn ir-rapporti kollha jistgħu jiġu skedati biex jiġu ġġenerati awtomatikament u mibgħuta elettronikament lil utenti multipli f’formati differenti bħal CSV, PDF, HTML u Excel.
  • Ġestjoni u Rappurtar ta’ G Suite
  • ADManager Plus jgħin lill-amministraturi joħolqu kontijiet tal-utenti f’G Suite wkoll, simultanjament waqt li joħolqu kontijiet tal-utent f’AD. Joffri l-kapaċità li joħloq utenti f’G Suite wieħed, ħafna f'daqqa permezz ta’ importazzjoni CSV, u anke awtomatikament. Joffri wkoll rapporti inkorporati biex jikseb dettalji dwar l-utenti kollha ta’ G Suite, utenti attivi u sospiżi ta’ G Suite. Dawn ir-rapporti jistgħu wkoll jiġu ġġenerati b’mod awtomatiku permezz tal-iskedatur tar-rapporti.
  • Fluss tax-Xogħol ta’ Active Directory Bbażat fuq l-Approvazzjoni
  • Il-fluss tax-xogħol jgħin lill-amministraturi jissimplifikaw l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet ta' AD. Il-fluss tax-xogħol b'diversi livelli jippermetti lill-amministraturi jiffissaw passi differenti bħal talba, reviżjoni, approvazzjoni u eżekuzzjoni, għall-operazzjonijiet ta' AD. Permezz tal-istandardizzazzjoni tal-proċess tat-twettiq tal-attivitajiet ta' AD, il-fluss tax-xogħol jgħin lill-amministraturi jiżguraw il-konformità għall-politiki ta’ organizzazzjonijiet u standards mandatorji tal-IT faċilment. Għandu assenjatur u notifikatur inkorporat li jippermetti lill-amministraturi jiffissaw regoli biex ifasslu b’mod awtomatiku talbiet għal tekniki relevanti, u jibgħat notifiki bil-posta elettronika dwar l-istatus ta’ talbiet ta' AD lill-partijiet interessati kollha. Il-fluss tax-xogħol jgħin lill-amministraturi jikkonfiguraw sistema ta’ ġestjoni ta' AD ibbażata fuq il-biljetti.
  • Awtomazzjoni ta’ Active Directory
  • L-amministraturi jistgħu jawtomizzaw kull attività ta' AD waħdu bħar-risettjar tal-passwords, jew l-attivazzjoni, id-diżattivazzjoni u l-ftuħ ta’ kontijiet, il-ġestjoni tal-liċenzji ta’ Office 365, jew anke rutini sħaħ ta’ AD li jinvolvu sekwenza ta’ attivitajiet, biex jiġu eżegwiti f’intervalli speċifiċi, bħat-tindif ta’ AD li jinkludi s-sejba ta’ utenti inattivi, id-diżattivazzjoni tagħhom, it-tmexxija tagħhom lejn unità organizzattiva (OU) separata, u tħassir tagħhom. Apparti eżekuzzjoni mingħajr żbalji l-awotizzazzjoni ta’ ADManager Plus tgħin tiffranka l-ħin u l-isforz.
  • Ġestjoni u Rappurtar ta’ Skype for Business/Lync
  • Apparti AD, l-amministraturi jistgħu wkoll jimmaniġġjaw u jirrappurtaw fuq l-ambjent ta’ Skype for Business/Lync tagħhom permezz ta’ ADManager Plus. Huwa joffri lill-amministraturi l-kapaċità li joħolqu kontijiet tal-utent fi Skype for Business/Lync/LCS/OCS wieħed jew ħafna f'daqqa, waqt li jkun qed joħloq kontijiet tal-utent f’AD. Ulterjorment, jippermetti lill-amministraturi jattivaw, jiddiżattivaw jew iħassru kontijiet, jassenjaw, jerġgħu jassenjaw, jew iħassru l-politiki assenjati lill-utenti fl-ambjent tagħhom ta’ Skype for Business/Lync/LCS/OCS. ADManager Plus joffri wkoll rapporti kkonfigurati minn qabel biex jgħinuk iżżomm rekord tal-utenti attivati jew diżattivati ta’ Skype for Business/Lync/LCS/OCS fl-organizzazzjoni tiegħek.
  • Integrazzjonijiet
  • Biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni ta’ AD, ADManager Plus jintegra mal-applikazzjonijiet tal-help desk bħal ServiceDesk Plus, ServiceNow u Zendesk biex jiffaċilita l-ġestjoni tal-utenti ta’ AD mill-għodda tal-help, databases bħal Oracle u MS SQL biex awtomatikament joħolqu kontijiet tal-utent f’AD hekk kif rekord ġdid tal-utent jiġi miżjud fid-database, u f’applikazzjonijiet SIEM.
  • Delegazzjoni tal-Help desk ta’ Active Directory
  • Ir-rwol sigur ta’ ADManager Plus u d-delegazzjoni bbażata fuq l-OU jippermettu lill-amministraturi jiddelegaw attivitajiet ta’ AD b’mod sigur biex jgħinu lit-tekniki tal-help desk, utenti li mhux tal-IT u anke dawk li mgħandhomx għarfien teknika. B’aċċess ibbażat fuq il-profil għall-karatteristiċi tal-ġestjoni ta’ AD, dan jiżgura li t-tekniki jwettqu biss attivitajiet delegati, fl-OUs nominati, li jagħmel din id-delegazzjoni kompletament sigura. L-amministraturi m’għadx għandhom għalfejn jaħlu l-ħin tagħhom fit-twettiq ta’ attivitajiet ripetittivi u komuni bħar-risettjar tal-passwords u l-ftuħ tal-kontijiet. Ulterjorment, permezz ta’ rapporti tal-verifika inkorporati fil-help desk, huwa faċli tikseb traċċa tal-verifika tal-azzjonijiet kollha mwettqa mit-tekniki tal-help desk.
  • Ġestjoni u Rappurtar ta’ Microsoft Exchange Server
  • ADManager Plus jgħin lill-amministraturi jimmaniġġjaw verżjonijiet multipli tal-ambjenti Exchange tagħhom (Exchange 2003, 2007, 2010, 2013 u Exchange Online) kif ukoll jiffrankalhom il-battikata li jittogiljaw bejn consoles u għodod multipli biex jimmaniġġjaw l-ambjenti tagħhom ta’ AD u Exchange. L-amministraturi jistgħu jwettqu attivitajiet tal-ġestjoni ta’ Exchange bħall-ħolqien ta’ kaxxa tal-ittri, il-modifika, u l-migrazzjoni, il-ġestjoni tad-drittijiet tal-kaxxi tal-ittri, l-assenjazzjoni jew ir-revoka tal-Politiki ta’ Exchange eċċ. għal utenti multipli u gruppi, biex jinħolqu u jiġu mmaniġjati gruppi dinamiċi u ta’ distribuzzjoni u aktar. Attivitajiet speċifiċi ta’ Exchange jistgħu wkoll jiġu delegati lit-tekniki tal-helpdesk.
  • B’rapporti immedjati speċifiċi għas-Server ta’ Exchange, ADManager Plus jagħmel l-attività tar-rappurtar ta’ Exchange faċli u kompletament ibbażata fuq UI. Il-librerija tar-rapporti ta’ Exchange tinkludi rapporti dwar utenti attivati tal-kaxxa tal-ittri, lista u membri tad-distribuzzjoni, u gruppi attivati bil-posta, utenti OMA/OWA/ActiveSync attivati jew diżattivati, u aktar. Dawn ir-rapporti kollha jistgħu jiġu ġġenerati awtomatikament u mibgħuta bil-posta elettronika f’formati differenti bħal XLS, PDF, HTML u CSV.
  • Applikazzjonijiet mobbli ta’ iOS u Android
  • ADManager Plus joffri applikazzjonijiet mobbli iOS u Andriod biex jgħinu lill-amministraturi u t-tekniki ta’ AD joħolqu kontijiet tal-utent ta’ AD, jirrisettjaw passwords tal-utenti, jattivaw, jiddiżattivaw u jħassru kontijiet tal-utenti u tal-kompjuters, u jirrisettjaw kompjuters, minn kullimkien, anke meta jkunu mobbli.
  • B'firxa daqshekk estensiva ta’ karatteristiċi għall-ġestjoni u r-rappurtar fuq Active Directory, Office 365, Exchange, G Suite, u ambjenti ta’ Skype for Business/Lync, minn console wieħed, ADManager Plus jibqa’ alleat ta’ fiduċja tal-amministraturi, globalment, f’organizzazzjonijiet ta’ kull daqs u vertikali!

ADManager Plus Trusted By